Il-Familja Mqaddsa

E13

Fabian Demicoli fl-ewwel parti tal-programm ser jitkellem ma’ Mons Anton Teuma , Isqof ta’ Għawdex, dwar il-familja. Illum nistgħu ngħidu li jeżistu diversi tipi ta’ familji, għallkemm dik tradizzjonali u kif ħoloqha Alla hija dik familja li tikkonsisti f’mara u raġel u t-tfal. Allura wieħed jistaqsi x’inhuma l-isfidi li jiltqgħu magħhom illum dawn il-familji? X’inhu l-aktar important għat-trobbija tat-tfal? Miriam Christine Borg tkellmet ma Rodianne Galea, omm żagħżugħa li barra li flimkien ma’ żewġha qed irabbu tlett it-tfal. Xi 11-il sena ilu bdiet tiffosterja tarbija . Omm li għażlet li tiddedika ħajjitha għat-trobbija tat-tfal . Fr Louis Mallia mssp jispjega l-Evanġelju li jinqara fil-quddies is-Sibt fil-għaxija u l-Ħadd . Wieħed jista jżur il-pagna ta' Facebook jew jidħol fl-app Tbissima.mt Aħbar Tajba qed ikun ukoll aċċessibbli bil-lingwa tas-Sinjali fil-Lingwa Maltija. Produzzjoni Eżekuttiva ta’ CPi Media. Produzzjoni ta’ Marthese Brincat, Fabian Demicoli u Miriam Christine Borg Direzzjoni Televiżiva ta’ Fr. Louis Mallia mssp AĦBAR TAJBA nhar is-Sibt 30 ta’ Diċembru fl-10:00 b’repetizzjoni l-Ħadd fid-09:00 fuq TVM.

SERJE
AĦBAR TAJBA 2023/2024
Xerred it-tbissima

Ara Aktar

25min
Play
Edukazzjoni Religjuza
E14
25min
Play
Knisja Ħajja
E15
24min
Play
Social Media
E16
24min
Play
Bulimia
E17
25min
Play
Relazzjonijiet
E18
27min
Play
Saħħa Mentali
E04
LURA GĦALL-FAĊĊATA