Edukazzjoni Religjuza
Fabian Demicoli fl-ewwel parti tal-programm ser jitkellem ma’ Lucienne Pace għalliema tar-reliġjon għal madwar 30 sena. Xi tfisser meta ngħidu edukazzjoni reliġjuża? Illum il-familji jinteresshom li t-tfal tagħhom jgħaddulhom il-valuri nsara? U jekk le kemm hu aktar importanti li almenu jitgħallmu xi ħaga l-iskola? Kemm hu mportanti li jkunu jafu x’inhuma l-valuri nsara, biex meta jieħdu l-istat tagħhom ikunu jistgħu jgħarfu t-tajjeb mill-ħażin? X’effett għandha fuq is-soċjetà minbarra fuq l-individwu wkoll? Elisa Cassar Saliba għalliema tat-tfal li jattendu d-duttrina, ser titkellem ukoll dwar kif għandu jiġi mgħallem dan is-suġġett anke lit-tfal żgħar. Miriam Christine Borg flimkien mat-tim ta’ CPi Media marret iż-Żejtun fejn tkellmet ma’ soru tal-karità Sr Melissa D’Amico dwar ix-xogħol tagħha fl-istitut Paolo Friere. Anke dwar għaliex għażlet li tidħol soru tal-karità. Fr Louis Mallia mssp jispjega l-Evanġelju li jinqara fil-quddies is-Sibt fil-għaxija u l-Ħadd . Wieħed jista jżur il-pagna ta' Facebook jew jidħol fl-app Tbissima.mt Aħbar Tajba qed ikun ukoll aċċessibbli bil-lingwa tas-Sinjali fil-Lingwa Maltija. Produzzjoni Eżekuttiva ta’ CPi Media. Produzzjoni ta’ Marthese Brincat, Fabian Demicoli u Miriam Christine Borg Direzzjoni Televiżiva ta’ Fr. Louis Mallia mssp AĦBAR TAJBA nhar is-Sibt 6 ta’ Jannar fl-10:00 b’repetizzjoni l-Ħadd fid-09:00 fuq TVM.