Deborah Francalanza - Saħħa Mentali
Fabian Demicoli waqt l-ewwel parti tal-programm tal-lum ser jitkellem ma’ Deborah Francalanza li hija Forensic Psychology Practitioner li ilha għal xi snin taħdem ma’ Richmond Foundation. X’inhuma s-servizzi li toffri din il-fondazzjoni? X’inhuma l-aktar problem ta’ saħħa mentali li jiltaqgħu magħhom? U għaliex qed jaraw ħafna persuni jbatu mill-ansjetà u disordni oħra f’ħajjithom? Jista’ jkun għax il-ħajja mgħaġġla u mhux dejjem hu possibbli li tlaħħaq ma kollox? Fit-tieni parti Raymond Saliba ser jeħodna fil-parroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ fejn ser jagħtina tagħrif dwar il-knisja Arċipretali ta’ San Filep u anke dwar kwadri mill-isbaħ li jinsabu fil-kor tal-knisja. Fit-tielet parti Fr Louis Mallia flimkien ma’ Maria Emma Buhagiar ser jimxu ma’ dak li jitkellem Ġesù fil-vanġelu li jinqara fil-knejjes tagħna s-Sibt filgħaxija u l-Ħadd .