Ix-Xjenza vis a vis ir-Reliġjon
F’din is-sensiela ġdida ta’ Aħbar Tajba Fabian Demicoli jiftaħ il-programm b’diskussjoni qasira mal-Prof Joseph Borg fejn ser jitkellem miegħu dwar ix-Xjenza vis a vis ir-Reliġjon. Diskussjoni interessanti għax ser nisimgħu x’inhi x-xjenza u għaliex xi kultant tajjeb li jkun jemmen għax il-fidi tista’ tiftaħ oriżżonti ġodda fuq kif wieħed ukoll jifhem dak li hawn madwarna u dak li ma nkunux nistgħu nifmu. Importanti li wieħed jipprova jifhem dak li ma għandux provi għalih . Fit-tieni parti Raymond Saliba ser jibda’ jeħodna f’postijiet interessanti u għal dan l-ewwel programm ser immorru r-Rabat propjament fil-katakombi ta’ Sant’Agata fejn insibu l-ewwel artal u forma ta’ knisja fejn l-antenati tagħna kienu jitolbu wara li jkunu difnu lill maħbubin tagħhom. Fit-tielet parti Fr Louis Mallia flimkien ma’ Maria Emma Buhagiar ser jimxu ma’ dak li jitkellem Ġesù fil-vanġelu li jinqara fil-knejjes tagħna s-Sibt filgħaxija u l-Ħadd .