Is-Solitudni
Fabian Demicoli fit-tieni programm min din is-sensiela ser jitkellem ma Dr Andrew Azzopardi dwar suġġett li huwa għal qalb ħafna ta’ Dr Azzopardi, Is-solitudni. Din hija kundizzjoni li nġibuha b’idejna? Hija marda? U għalkemm illum għandna ħafna mezzi biex nikkomunikaw għaliex xorta hawn ħafna nies, mhux anzjani biss anzi ir-riċerka tgħid li anke tfal u żgħażagħ iħossuhom waħedhom. Kif ser nisimgħu fid-diskussjoni hemm ħafna raġunijiet għaliex hawn din il-problema li qed tiżdied. Fit-tieni parti Raymond Saliba żar il-kumpless jew katakombi ta’ Sant’ Agata fejn illum ser jitkellem dwar meta il-qaddisa Sant’Agata kienet għall xi żmien tgħix u titlob f’dan il-katakombi. Illum għad insibu affreski ta’ żmien meta l-Maltin ħassew li jridu jżejnu u jqima lill qaddisin f’dan il-katakombi. Fit-tielet parti Fr Louis Mallia flimkien ma’ Maria Emma Buhagiar ser jimxu ma’ dak li jitkellem Ġesù fil-vanġelu li jinqara fil-knejjes tagħna s-Sibt filgħaxija u l-Ħadd .