Bulimia

E17

Il-Bulimia, huwa s-suġġett li Fabian Demicoli ser jiddiskuti fl-ewwel parti tal-programm AĦBAR TAJBA ta’ din il-ġimgħa. Jeannette Fiott – mill-Crisis intervention Malta, hija l-mistiedna . Jeannette hija psikoterapista u għandha esperjenza ma’ persuni li kellhom din il-kundizzjoni. Għaliex persuna tkun trid tneħħi dak li tiekol? Din hija marda psikoloġika biss jew hija marda ereditarja? Il-familjari kif jindunaw li tifel jew tifla għandha din il-kundizzjoni u tieħu azzjoni qabel ma jkun tard wisq? Fit-tieni parti Miriam Christine Borg mat-tim ta’ CPi Media marret ir-Rabat, propjament fil-kunvent ta’ Ġieżu, fejn tkellmet ma’ Fr Lorrie Zerafa, Franġiskan dwar kif hu flimkien ma’ patrijiet oħra jgħinu lin-nies li jmorru biex jieħdu kull tip ta’ għajnuna, kemm soċjali, spiritwali u morali. Fil-fatt Miriam tistaqsih jekk ir-Rabtin għadhomx ifittxu li jitkellmu ma’ saċerdot biex jiftħu qalbhom miegħu. Fl-aħħarnett Fr Louis Mallia mssp jispjega l-Evanġelju li jinqara fil-quddies is-Sibt fil-għaxija u l-Ħadd . Wieħed jista jżur il-pagna ta' Facebook jew jidħol fl-app Tbissima.mt Aħbar Tajba qed ikun ukoll aċċessibbli bil-lingwa tas-Sinjali fil-Lingwa Maltija. Produzzjoni Eżekuttiva ta’ CPi Media. Produzzjoni ta’ Marthese Brincat, Fabian Demicoli u Miriam Christine Borg Direzzjoni Televiżiva ta’ Fr. Louis Mallia mssp AĦBAR TAJBA nhar is-Sibt 27 ta’ Jannar fl-10:00 b’repetizzjoni l-Ħadd fid-09:00 fuq TVM.

SERJE
AĦBAR TAJBA 2023/2024
Xerred it-tbissima

Ara Aktar

25min
Play
Relazzjonijiet
E18
29min
Play
Fr Louis Mallia MSSP
S04E39
28min
Play
Fr Pierre Bonnici MSSP
S04E38
29min
Play
Fr Silvio Bezzina MSSP
S04E37
29min
Play
Kelvin Bjorn Cassar
S04E36
28min
Play
Justin John Camilleri
S04E35
LURA GĦALL-FAĊĊATA