Relazzjonijiet

E18

Dalwaqt ser niċċelebraw Jum il-Maħbubin fil-11 ta’ Frar, għalhekk Fabian Demicoli ser jiddiskuti r-Relazzjonijiet ma’ Matthew Bartolo. X’inhuma d-diffikultajiet li qed jiltaqgħu magħhom il-koppji llum? Kemm hi mportanti l-komunikazzjoni bejn koppja anke meta jiġu t-tfal? U anke bejn l-għarajjes? Waqt id-diskussjoni ser ikollna lill Paul Cutajar li ser jagħti l-opinjoni tiegħu wkoll. Fit-tieni parti Miriam Christine Borg tkellmet ma’ Fr Franco Fenech dwar il-ħidma tiegħu fil-parroċċa u anke ma’nies li jkunu għaddejjin minn diffikultajiet kbar. Fl-aħħarnett Fr Louis Mallia mssp jispjega l-Evanġelju li jinqara fil-quddies is-Sibt fil-għaxija u l-Ħadd . Wieħed jista jżur il-pagna ta' Facebook jew jidħol fl-app Tbissima.mt Aħbar Tajba qed ikun ukoll aċċessibbli bil-lingwa tas-Sinjali fil-Lingwa Maltija. Produzzjoni Eżekuttiva ta’ CPi Media. Produzzjoni ta’ Marthese Brincat, Fabian Demicoli u Miriam Christine Borg Direzzjoni Televiżiva ta’ Fr. Louis Mallia mssp AĦBAR TAJBA nhar is-Sibt 3 ta’ Frar fl-10:00 b’repetizzjoni l-Ħadd fid-09:00 fuq TVM. #ahbartajba #cpimedia

SERJE
AĦBAR TAJBA 2023/2024
Xerred it-tbissima

Ara Aktar

29min
Play
Fr Louis Mallia MSSP
S04E39
28min
Play
Fr Pierre Bonnici MSSP
S04E38
29min
Play
Fr Silvio Bezzina MSSP
S04E37
29min
Play
Kelvin Bjorn Cassar
S04E36
28min
Play
Justin John Camilleri
S04E35
28min
Play
Mons Isqof Awżiljarju Joe Galea Curmi - Pentecoste
S04E34
LURA GĦALL-FAĊĊATA