Social Media

E16

Ilna żmien ngħidu li l-Media Soċjali għandha qawwa enormi biex tinfluwenza lill min jużaha. Illum anke tfal min eta’ żgħira jafu jħaddmu l-mobile tal-ġenituri u anke xi kultant tagħhom stess. Dan huwa tajjeb? Kemm għandna noqgħodu attenti u naraw kif qed jużaw is-social media t-tfal? Minn liema eta’ l-ġenituri għandhom jagħtu lit-tfal il-mobile? Kemm hu mportanti li ma ngħamlux it-televiżjoni fil-kmamar tat-tfal? Kemm għandna nħalluhom siegħat jilgħabu fuq il-mobile jew computer? George Cremona, għalliem propju ta-social media l-Università huwa l-mistieden ta’ Fabian Demicoli fl-ewwel parti tal-programm. Christine Delicata xandara wkoll ser titkellem fuq skype dwar is-social media. Miriam Christine Borg flimkien ma’ Fr Louis Mallia mssp ma tantx marru l-bogħod għax tkellemu ma Fr Giovann Tabone mssp, fid-Dar De Piro li tinsab Santa Venera. Fr Giovann jieħu ħsieb il-vokazzjonijiet mssp, u jaħdem maż-żgħażagħ fil-kulleġġ SPMC u anke ma żgħażagħ oħra li kienu xi darba jattendu dan il-kulleġġ jew oħrajn li jiltaqa’ magħhom u juru x-xewqa li jkunu jafu aktar dwar il-kariżma mssp u dwar is-sacerdozju. Fr Louis Mallia mssp jispjega l-Evanġelju li jinqara fil-quddies is-Sibt fil-għaxija u l-Ħadd . Wieħed jista jżur il-pagna ta' Facebook jew jidħol fl-app Tbissima.mt Aħbar Tajba qed ikun ukoll aċċessibbli bil-lingwa tas-Sinjali fil-Lingwa Maltija. Produzzjoni Eżekuttiva ta’ CPi Media. Produzzjoni ta’ Marthese Brincat, Fabian Demicoli u Miriam Christine Borg Direzzjoni Televiżiva ta’ Fr. Louis Mallia mssp AĦBAR TAJBA nhar is-Sibt 20 ta’ Jannar fl-10:00 b’repetizzjoni l-Ħadd fid-09:00 fuq TVM.

SERJE
AĦBAR TAJBA 2023/2024
Xerred it-tbissima

Ara Aktar

24min
Play
Bulimia
E17
25min
Play
Relazzjonijiet
E18
28min
Play
Alison Sciberras
S04E10
29min
Play
Fr Jethro Bajada
S04E16
29min
Play
Moira Stafrace
S04E15
28min
Play
Fr Luke Cutajar
S04E14
LURA GĦALL-FAĊĊATA