Knisja Ħajja

E15

Il-Knisja Maltija hija Ħajja jew Mejta? Din hi l-mistoqsija li Fabian Demicoli ser jistaqsi lill Fr Daniel Cardona, Arċipriet tal-parroċċa taż-Żurrieq. X’jagħmel knisja ħajja jew mejta? Il-poplu nisrani jista’ jagħti kontribut u jekk iva kif? Kemm aħna l-Maltin, barra mill-festi, nagħmlu knisja ħajja bl-attivitajiet li nistgħu ngħinu norganiżżaw? Miriam Christine Borg flimkien ma’ Fr louis Mallia mssp marru r-Rabat, propjament is-Seminarju tal-Virtù fejn tkellmet ma’ Fr James Saydon dwar it-tħejjija tas-seminaristi li jkunu qed jippreparaw ruħhom għas-saċerdozju,. Kif ukoll ix-xogħol tiegħu bħalha Chaplain tal-istess skola fejn jattendu mas-600 tifel fi skola primarja u sekondarja. Fr Louis Mallia mssp jispjega l-Evanġelju li jinqara fil-quddies is-Sibt fil-għaxija u l-Ħadd . Wieħed jista jżur il-pagna ta' Facebook jew jidħol fl-app Tbissima.mt Aħbar Tajba qed ikun ukoll aċċessibbli bil-lingwa tas-Sinjali fil-Lingwa Maltija. Produzzjoni Eżekuttiva ta’ CPi Media. Produzzjoni ta’ Marthese Brincat, Fabian Demicoli u Miriam Christine Borg Direzzjoni Televiżiva ta’ Fr. Louis Mallia mssp AĦBAR TAJBA nhar is-Sibt 13 ta’ Jannar fl-10:00 b’repetizzjoni l-Ħadd fid-09:00 fuq TVM.

SERJE
AĦBAR TAJBA 2023/2024
Xerred it-tbissima

Ara Aktar

24min
Play
Social Media
E16
24min
Play
Bulimia
E17
25min
Play
Relazzjonijiet
E18
28min
Play
Alison Sciberras
S04E10
29min
Play
Fr Jethro Bajada
S04E16
29min
Play
Moira Stafrace
S04E15
LURA GĦALL-FAĊĊATA