Avvent - L-Inkarnazzjoni
"Diskussjoni ferm interessanti fl-ewwel parti tal-programm Aħbar Tajba ser tkun ma’ Fr Karm Debattista dwar l-Inkarnazzjoni ta’ Ġesù. Dan għaliex għada il-Ħadd niċċelebraw l-ewwel Ħadd tal-Avvent. Għalfejn jiġi kull sena l-Avvent? X’suppost qed inħejju fina? Oliver Aquilina – Assistent Superjur Ġenerali tal-Museum fuq skype ikellimna dwar il-Milied u l-MUSEUM, x’kien ifisser għall-San Ġorg Preca? Miriam Christine Borg iltaqgħet ma’ Fr Louis Farrugia li jaħdem il-chaplaincy ta’ Mater Dei. X’inhu x-xogħol tal-qassisin f’Mater Dei? Kemm jaraw biki u tbatija fin-nies li jkunu pazjenti f’dan l-isptar? Wara Fr Louis jagħmel l-ispjega tal-Evanġelju flimkien ma’ Miriam Christine. Wieħed jista jżur il-pagna ta' Facebook jew jidħol fl-app Tbissima.mt Aħbar Tajba qed ikun ukoll aċċessibbli bil-lingwa tas-Sinjali fil-Lingwa Maltija. Produzzjoni Eżekuttiva ta’ CPi Media. Produzzjoni ta’ Marthese Brincat, Fabian Demicoli u Miriam Christine Borg Direzzjoni Televiżiva ta’ Fr. Louis Mallia mssp