Carlo Borg Bonaci
Fl-ewwel parti u fl-ewwel Programm Fabian Demicoli ser jitkellem ma’ Carlo Borg Bonaci, fejn ser jitkellem dwar il-karriera vasta u sabiħa li għandu. Fil-fatt Carlo huwa Preżentatur tar-radju u televiżjoni b’karriera ta’ aktar minn 35 sena. Magħruf għall-programm Breakfast Show fuq Magic Malta, li ilu ppreżenta għal 13-il sena. Fost ħidmiet oħra dejjem fil-qasam tal-media soċjali. Fit-tieni parti ser naraw lill Annalise Penza fejn ser titkellem f’podcast ma’ diversi mistiedna imma dejjem ser tiffoka fuq kif qed jgħixu ż-żagħżagh illum u d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom. Fil-fatt fl-ewwel prodcast hi ser titratta s-suġġett ‘morna fl-estrem?’ Il-korrettezza politika qatlet il-konverzazzojnijiet onesti bejn iż-żgħażagħ? Nistgħu nkunu inklussivi mingħajr ma nkunu kkontrollati? Dawn u aktar waqt din it-taqsima. Fl-aħħarnett Fr Louis Mallia mssp ser iwieġeb għall-mistoqsijiet li ser tagħmillu Maria Emma Buhagiar dwar l-Evanġelju li jkun ser jinqara fil-quddies tas-Sibt fil-għaxija u l-quddies tal-Ħadd.