Trevor Zahra
Fl-ewwel parti ser niltaqgħu ma’ Trevor Zahra, li żgur ma’ għandu bżonn l-ebda ntroduzzjoni. Trevor ser jitkellem dwar xi xogħolijiet tiegħu u anke dwar meta jħobb jikteb l-aktar. Ovvjament il-kitba tiegħu tkun ukoll msejsa fuq il-ħajja tiegħu ukoll, min dak li għadda minnu hu. U xi ġrajjiet li ħallew impatt fuqu. Trevor jispiċċa b’messaġġ qawwi ta’ kif għandna nħeġġu lit-tfal tagħna jitkellmu bil-Malti biex il-lingwa Maltija ma tispiċċax. Fit- tieni parti Annalise Penza tkompli tiddiskuti maż-żagħżagħ suġġetti li jolqtu lilhom, bħal kif wieħed għandu jagħġixxi b’għaqal bid-deċiżjonijiet li jieħu kemm għall-ġid tiegħu u kemm għall-ġid tal-oħrajn. Fl-aħħar parti Maria Emma Buhagiar tistaqi mistoqsijiet lill Fr Louis Mallia dwar l-Evanġelju li jinqara fil-knejjes tagħna fil-quddies tas-Sibt u tal-Ħadd.