Fr Stefan Attard
Il-Bibbja huwa suġġett li ta’ kull sena nkunu rridu niddiskutu dwarhu. Għaliex li wieħed jaqra l-bibbja u jiddiskutiha hija mportanti biex tgħix tajjeb. It-Testment il-Ġdid, qed nirreferu għat-tagħlim ta’ Ġesù meta ġie fid-dinja, huwa tagħlim li għadu relevanti għall-lum, anzi ngħid huwa aktar relevanti. Id-Dekan tal-Fakultà tat-Teoloġija ta’ l-Università ta’ Malta Fr Stefan Attard, ser ikun il-mistieden ta’ Fabian Demicoli, li ser jispjega b’mod sempliċi li jinftiehem minn kulħadd. Fit-tieni parti Annalise Penza ser titkellem ma’ persuni li huma nidħla maż-żgħażagħ u allura jkunu jistgħu jitkellmu dwar suġġetti li jolqtu lilhom. Fl-aħħar parti Fr Louis Mallia mssp ser jerġa’ jispjega l-Evanġelju li jinqara fil-knejjes f’dan it-tieni Ħadd tal-Avvent. Maria Emma Buhagiar tistaqsi mistoqsijiet relevanti.