Fr Fabio Attard SDB
S04E04
Fabian Demicoli jippreżenta dan il-program fejn ser tintwera l-intervista li Fr Louis Mallia mssp għamel ma’ Fr Fabio Attard SDB l-Imdina. Fr Fabio huwa l-11 is-suċċessur ta’ Don Bosco, jiġifieri huwa r-Rettur Maġġuri tas-Salesjani madwar id-dinja. Għalkemm għandu l-akbar responsabbiltà li qatt kellu rettur Malti, huwa bniedem umli u mimli entużjazmu biex idaħħal is-Salesjani lejn l-2031. Fit-tieni parti naraw il-podcast ma’ Annalise Penza u l-mistiedna tagħha fejn qed niskopru x’inhu l-aktar mportanti għaż-żagħżagħ illum il-gurnata. Fl-aħħar parti Maria Emma Buhagiar tistaqi mistoqsijiet lill Fr Louis Mallia dwar l-Evanġelju li jinqara fil-knejjes tagħna fil-quddies tas-Sibt u tal-Ħadd.
SERJE
AĦBAR TAJBA 2025/2026
Xerred it-tbissima