Prof George Cremona
X’effetti qed iħalli fuq it-tfal l-użu tal-mobile u social media oħra? Kemm mil-lat fiżiku u anke aktar u aktar mil-lat mentali. Il-ġenituri jafu x’qed jaraw it-tfal tagħhom meta jkunu fuq il-mobile? It-tfal qed ikollhom il-ħin biex jesperjenzaw attivitajiet oħra barra li joqgħodu ħafna ħin fuq il-mobile? Dawn u aktar mistoqsijiet ser iweġibhom il-Prof George Cremona li għandu ħafna riżultati ta’ riċerka li l-Università maż-żmienijiet tagħmel. Fit-tieni parti naraw il-podcast ma’ Annalise Penza u l-mistiedna tagħha fejn qed niskopru x’inhu l-aktar mportanti għaż-żgħażagħ illum il-gurnata. Fl-aħħar parti Maria Emma Buhagiar tistaqi mistoqsijiet lill Fr Louis Mallia dwar l-Evanġelju li jinqara fil-knejjes tagħna fil-quddies tas-Sibt u tal-Ħadd.