Il-Caritas
Il-mistieden ta’ Fabian Demicoli f’dan il-programm huwa Anthony Gatt, direttur Caritas Malta. Għaliex huwa importanti li kull wieħed u waħda minnha nkomplu nsostnu lill-Caritas Malta fil-ħidma li tagħmel ma’ kull min għandu bżonn l-għajnuna? Sew jekk persuni bi problemi soċjali, romol, persuni b’xi dipendenza, persuni li qed ikunu mgħedda minħabba l-użura? Dan u aktar ser niskopruh fl-ewwel parti tal-programm Aħbar Tajba. Fit-tieni parti Marthese Brincat marret fil-kunvent tal-patrijiet Kapuċċini San Ġwann fejn tkellmet ma’ Patri Pawl Bugeja ofm cap dwar dak li ser isajjar. Fl-aħħarnett Maria Emma Buhagiar tistaqsi lill Fr Louis Mallia mssp dwar dak li għandna nifmhu meta nisimgħu l-Evanġelju li jinqara fil-Knejjes tagħna. Produzzjoni Marthese Brincat Direzzjoni Televiżiva Paul Jones u David Falzon Direzzjoni Fr Louis Mallia mssp Produzzjoni Eżekuttiva ta’ CPi Media.