Kardinal Mons Mario Grech
Għal din il-ġimgħa biss Christine Delicata ser tippreżenta u tiddiskuti mal-Eminenza tiegħu l-Kardinal Mons Mario Grech dwar is-Sinodu tal-Isqfijiet li ntemm f’Ottubru. Dan għaliex Fabian Demicoli ma setax ikun magħna meta Mons Grech kien Malta għall - ftit jiem. Dawn huma uħud mill-mistoqsjijiet li Christine għamlet lill-Kardinal. Fi kliem sempliċi tistqa’ tispjega xi tfisser is-Sinodalita’ li tissemma ħafna fid-dokument ta’ 52 paġna li ffirma l-Papa Franġisku fi tmiem is-sinodu? Kien hemm ħafna spekulazzjoni dwar ir-rwol tal-mara fil-Knsija, is-sinodu wieġeb għall-dan? Ma hemm l-ebda possibbilita’ li l-mara barra rwoli ta’ management ikollha anke sehem fil-Ministeru tal-Knisja? Mons inti għandek tama li fil-Knisja jista’ jinbidel il-proċess ta’ kif jittiehdu d-deċiżjonijiet? Dawn u mistoqsijiet oħra Christine staqsiethom lill-Kardinal fi programm sħiħ li ddedikajna għal dan is-suġġett important li wieħed jittama li jkun ta’ sors ta’ fidi u tama kemm lill min imexxi l-knisja u aktar lill fidili li jixtiequ li jaraw aġġornamenti fil-knisja li tant iħobbu.