Mark Lawrence Zammit
Fabian Demicoli tkellem ma’ Mark Lawrence Zammit dwar tfulitu u kif beda fix-xandir. Forsi mhux kulħadd jaf imm Mark Lawrence huwa min Għawdex u wara s-sekondarja tħajjar jibda’ l-mixja tiegħu lejn is-saċerdozju. Imma peres li kien għadu tfajjel, xtaq ukoll li jkollu esperjenza barra mis-seminarju u ġie Malta biex ikompli l-istudju u anke fejn iltaqa’ ma persuni li ħajruh jibda’ jagħmel xi ħaga fix-xandir. Huwa stqarr ukoll li huwa jipprova jsib ħin għall-ispiritwalità u jgħid ukoll li huwa jħobb il-knisja u t-tagħlim nisrani. Anke ma sħabu jipprova jimxi rett u b’valur. Fit-tieni parti, Marthese tkellmet ma’ Fr Paul Bugeja ofm cap fejn ser isajjar soppa tal-Qara Ħamra. Riċetta li għalkemm hija faċli xorta jkun hemm bżonn ta’ preparazzjoni. Fr Paul ser ikellimna wkoll dwar il-kotba tat-tisjir li hu kiteb u li huma popolari ħafna man-nies għax miktubin b’mod sempliċi hafna. Fl-aħħarnett Maria Emma Buhagiar staqsiet mistoqsijiet lill Fr Louis Mallia mssp, dwar l-Evanġelju li ser jinqara fil-knejjes is-Sibt fil-għaxija u l-Ħadd. Produzzjoni Marthese Brincat. Direzzjoni Televiżiva Paul Jones u David Falzon Direzzjoni Fr Louis Mallia mssp Produzzjoni Eżekuttiva ta’ CPi Media