Gianluca Bezzina

E13

F’dan l-aħħar programm tas-sena 2024, Fabian Demicoli tkellem ma’ Gianluca Bezzina dwar il-ħajja tiegħu u dwar il-familja tiegħu. X’deċiżjoni kellu jieħu biex ikollu aktar ħin mal-familja, mat-tfal u mal-mara? Kemm huma mportanti ghaliħ? Ix-xogħol tiegħu mhux faċli għax jiltaqa’ ma ħafna nies bi problemi, imma permezz tat-talb u tal-fidi jemmen li kull bniedem għandu l-potenzjal li joħroġ minn kull sitwazzjoni kerha li jkun għaddej minnha. Għall-aħħar darba Marthese Brincat marret fil-kunvent tal-patrijiet kapuċċini ta’ San Ġwann u tkellmet ma’ Fr Paul Bugeja ofm cap dwar ir-riċetta li sajjar u anke dwar il-ħidma tal-patrijiet f’parroċċa li kibret minn mindu saret parroċċa fl-ħamsinijiet. Fl-aħħarnett Fr Louis Mallia mssp jagħmel spegazzjoni tal-Evanġelju li jinqara fil-knejjes kemm is-Sibt fil-għaxija u kemm il-Ħadd. Morna il-Kon-Kattidral ta’ San Gwann u ser nurukom il-presepju Naplitan li bħalissa il-poplu huwa mħeġġeġ li jżur u japprezza x-xogħol kollu li fih. Produzzjoni Eżekuttiva ta’ CPi Media Produzzjoni Marthese Brincat Direzzjoni Televiżiva Paul Jones u David Falzon Direzzjoni Fr Louis Mallia mssp Produzzjoni Eżekuttiva ta’ CPi Media

SERJE
AĦBAR TAJBA 2024/2025
Xerred it-tbissima

Ara Aktar

26min
Play
Fr. Charles Vella
E14
26min
Play
Immanuel Balzan
E15
25min
Play
Remenda Grech
E16
26min
Play
Sister Michaela Paris
E17
26min
Play
Amy Camilleri Zahra
E18
26min
Play
Il-Fidi
E19
LURA GĦALL-FAĊĊATA