Il-Fidi
It-Tnejn 10 ta’ Frar taħbat il-Festa Nazzjonali ta’ San Pawl, għalhekk xieraq li fil-programm tal-lum niddedikaw programm dwar il-Fidi, dwar dak li qed ngħixu llum, dwar is-sabiħ li temmen, dwar kif tbiddlet il-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin. Fr Victor Paul Farrugia ser ikun il-mistieden ta’ Fabian Demicoli f’din l-ewwel parti tal-programm. Marthese Brincat marret fil-Kunvent tad-Dumnikani fil-Birgu, biex Fr Aron Zahra jsajjar platt tajjeb u bnin u miegħu nitkellmu aktar dwar il-kariżma tad-Dumnikani u x-xogħol li jagħmel hu wkoll. Fl-aħħar parti Fr Louis Mallia flimkien ma’ Maria Emma Buhagiar jispjegawlna l-Evanġelju li jinqara fil-knejjes. Produzzjoni Marthese Brincat Direzzjoni Televiżiva Paul Jones u David Falzon Direzzjoni Fr Louis Mallia mssp Produzzjoni Eżekuttiva ta’ CPi Media