Il-President Emeritus Marie Louise Coleiro Preca

E23

Il-mistiedna ta’ Fabian Demicoli f’jum il-Mara hija l-President Emeritus Marie Louise Coleiro Preca, fejn ser titkellem dwar l-involviment tagħha biex dawk it-tfal, żagħżagħ li għandhom xi kundizzjoni jkunu jistgħu jiżviluppaw t-talenti tagħhom bħal-tfal oħra. Xogħol li huwa mprezzabbli u li qed tara ħafna żviluppi sbieħ u ta’ nkoraġġiment f’dan il-qasam. X’tixtieq tara aktar fil-mara, fil-familja u fil-politiċi biex il-familja tkun aktar libera li trabbi t-tfal u forsi anke il-familji jikbru fin-numru. Fil-fatt Malta hija fost ħafna pajjiżi ewropej fejn ir-rata ta’ twelid hija nieqsa ħafna. Fit-tieni parti tal-programm Marthese Brincat marret fil-kunvent tal-Klarissi ta’ San Ġiljan, fejn ser naraw soru tagħmel il-pastizzi tal-irkotta. Barra min hekk ukoll il-Madre Sister Claire Agnes, tirrakkonta l-ħajja fil-klawsura. Fl-aħħar parti Fr Louis Mallia mssp flimkien ma’ Maria Emma jispjega l-Evanġelju li jinqara fil-knejjes fil-quddies tas-Sibt fil-għaxija u tal-Ħadd. Aħbar Tajba nhar is-Sibt 8 ta' Marzu fl-10:00 b'repetizzjoni l-Ħadd fid-09:00 fuq TVM Produzzjoni Marthese Brincat Direzzjoni Televiżiva Paul Jones u David Falzon Direzzjoni Fr Louis Mallia mssp Produzzjoni Eżekuttiva ta’ CPi Media

SERJE
AĦBAR TAJBA 2024/2025
Xerred it-tbissima

Ara Aktar

25min
Play
Fr Renè Camilleri dwar Papa Franġisku
E24
25min
Play
L-Isqof t’Għawdex Mons Anton Teuma
E25
27min
Play
Indri Attard
E26
26min
Play
Adam Carter
E27
26min
Play
Ġublew tat-Tama
E28
8min
Play
Pastizzi
E23
LURA GĦALL-FAĊĊATA