Il-Psikologu Nicholas Briffa
Il-Psikologu Nicholas Briffa huwa l-mistieden ta’ Fabian Demicoli waqt l-ewwel parti tal-programm Aħbar Tajba ta’ din il-ġimgħa. Fost l-eżempji li Nicholas semma’ waqt id-diskussjoni, huma l-bżonn tal-komunikazzjoni fil-familja, l-importanza li nagħtu każ tan-nies ta’ madwarna fil-komunità, l-importanza li ngħallmu lit-tfal kif għandhom ikunu alruisti u anke kif kemm it-tfal u kemm il-kbar għandhom jagħżlu li joqgħodu għall-ħinijiet matul il-ġimgħa mingħajr l-użu tal-mobile, internet etc. Huwa possibbli? Jekk irridu ngħixu aħjar kollox huwa possibbli. Fit-tieni parti Marthese Brincat tkellmet ma’ Fr Aaron Zahra, Dumnikan fil-kunvent tad-Dumnikani l-Birgu, għamel riċetta tajba ħafna. Tkellmet ukoll miegħu dwar id-dehriet li kellu San Duminku biex il-kariżma Dumnikana hija marbuta ħafna ma’ Marija Santissima. Fl-aħħar parti Fr Louis Mallia mssp flimkien ma’ Maria Emma jispjega l-Evanġelju li jinqara fil-knejjes fil-quddies tas-Sibt fil-għaxija u tal-Ħadd. Produzzjoni Marthese Brincat Direzzjoni Televiżiva Paul Jones u David Falzon Direzzjoni Fr Louis Mallia mssp Produzzjoni Eżekuttiva ta’ CPi Media.