Il-professur Ray Mangion
Il-professur Ray Mangion ser ikun il-mistieden ta’ Fabian Demicoli fl-ewwel parti tal-programm Aħbar Tajba, fejn ser jitkellem dwar l-istorja tal-Karnival f’Malta. Il-Professur għandu minjiera ta’ nformazzjoni li żgur ser tkun interessanti għat-telespettaturi ta’ TVM. Kif beda’ l-Karnival f’Malta u llum kif inbidel? Kemm hu mportanti li nżommuh ħaj u sabiħ anke għall-ġenerazzjonijiet futuri? Fit-tieni parti Marthese Brincat marret fil-kunvent tas-sorijiet Klarissi ta’ San Ġiljan. Il-Madre sister Claire Agnes ser titkellem dwar l-esperjenza tagħha u għaliex xtaqet li tidħol suru tal-klawsura. Sister Frances Hilary u Sister Chiara Letizia Psaila sajru l-Cottage Pie. Imma Sister Frances Hilary tatna wkoll l-esperjenza tagħha u qaltilna li l-vokazzjoni tagħha bdiet meta kienet qed tgħix mal-familja tagħha l-ingilterra. Fl-aħħar parti Fr Louis Mallia mssp flimkien ma’ Maria Emma jispjega l-Evanġelju li jinqara fil-knejjes fil-quddies tas-Sibt fil-għaxija u tal-Ħadd. Produzzjoni Marthese Brincat Direzzjoni Televiżiva Paul Jones u David Falzon Direzzjoni Fr Louis Mallia mssp Produzzjoni Eżekuttiva ta’ CPi Media.