Immanuel Balzan
Immanuel Balzan jew kif inhu magħruf ukoll bħalha Tristan B – kantant li għadda minn ħafna ċirkustanzi diffiċli u oħrajn sbieħ fil-qasam tal-mużika, huwa l-mistieden ta’ Fabian Demicoli. Nhar il-Ħadd jagħlaq iż-żmien tal-Milied bil-Magħmudija ta’ Ġesù. Meta kienet il-magħmudija vera ta’ Immanuel? Kif jispjega l-ħajja mibdula tiegħu llum minn dak li għex qabel? Xi tfisser il-mużika għalih? Marthese Brincat marret fil-kunvent tas-sorijiet Agostinjani ta’ Fleur-de-Lys fejn Sister Jane sajret Torta tal-Qargħa Ħamra u Sister Rachel kompliet tispjega aktar dwar il-ħajja Agostinjana kemm f’Malta u kemm barra minn Malta. Fl-aħħarnett Maria Emma Buhagiar tkellmet ma’ Fr Louis Mallia MSSP, fejn spjega l-Evanġelju li jinqara fil-knejjes. Produzzjoni Marthese Brincat Direzzjoni Televiżiva Paul Jones u David Falzon Direzzjoni Fr Louis Mallia mssp Produzzjoni eżekuttiva ta’ CPi Media