Fr. Hilary Tagliaferro
Nħar l-Ħadd nibdew iż-żmien sabiħ tal-Avvent. Fabian Demicoli ser jiddiskuti ma’ Fr Hilary Tagliaferro osa, dwar kif wieħed jista’ jgħix dan iż-żmien li jwassalna sa l-festa sabiħa tal-Milied. Fr Hilary għandu ħafna esperjenza maż-żagħżagħ fejn għalkemm dejjem kellu x’jaqsam mal-logħba tal-futball dejjem ipprova jagħti valur fil-persuni li ltaqa’ magħhom. Għaliex ried jingħaqad mal-kongregazzjoni tal-patrijiet Agostinjani? Kif beda jinteressa ruħhu fil-football? Huwa stess stqarr li ħafna drabi għamel aktar ħin jikkummenta u jattendi partiti tal-football milli kien jaqdi fil-knisja. Kellu hafna ostakoli imma dejjem żamm sod għax fehem li għandu missjoni x’jagħmel u ried iwettaqha bl-aħjar mod possibbli. Marthese Brincat marret fil-kunvent tal-patrijiet Franġiskani ta’ San Ġwann fejn tkellmet ma’ Fr Paul Bugeja ofm cap fejn ukoll barra li ser insiru nafuh personalment ser isajjar xi ħaga tajba wkoll. Fl-aħħarnett Maria Emma Buhagiar staqsiet mistoqsijiet lill Fr Louis Mallia mssp, dwar l-Evanġelju li jinqara fil-knejjes is-Sibt fil-għaxija u l-Ħadd. Produzzjoni Marthese Brincat. Direzzjoni Televiżiva Paul Jones u David Falzon Direzzjoni Fr Louis Mallia mssp Produzzjoni Eżekuttiva ta’ CPi Media