Id-Dimenzja
Id-Dimenzja hija kundizzjoni li ma hija xejn faċli mhux għal min ikollu biss imma anke għal familjari tagħhom. Skond stħarriġ li sar, jingħad li sal-2050 il-każijiet ser jirduppjaw. Fabian Demicoli fl-ewwel parti ta’ Aħbar Tajba tkellem mal-Professur Charles Scerri fejn wieġeb mistoqsijiet dwar prevenzjoni, għajnuna u prekawzjonijiet li wieħed jista’ jieħu biex ma jkollux din il-kundizzjoni. Fit-tieni parti Marthese Brincat reġghet marret fil-monasteru ta’ Santa Skolastika l-Birgu fejn Sister Anna u Sister Josefa sajru xi ħaġa tajba wkoll din id-darba. Fl-aħħarnett Maria Emma Buhagiar tistaqsi lill Fr Louis Mallia mssp dwar dak li għandna nifmhu meta nisimgħu l-Evanġelju li jinqara fil-Knejjes tagħna. Li huwa skond San Mark dwar l-armla fqira offriet iktar minn kulħadd’. MK12: 38-44. Produzzjoni Marthese Brincat Direzzjoni Televiżiva Paul Jones u David Falzon Direzzjoni Fr Louis Mallia mssp Produzzjoni Eżekuttiva ta’ CPi Media