Mons. Giovanni Cefai
Il-mistieden tal-lum ma Fabian Demicoli huwa Mons Giovanni Cefai li huwa Isqof fi Huancane’ ġewwa l-Peru’. Għamilna skype diretta waqt ir-recording ta’ din l-ewwel parti tal-programm Aħbar Tajba. Kumbinazzjoni meta kellimnih qalilna li kien għadu kif inawgura ġebla tal-ewwel kulleġġ f’in iż-żona fqira ħafna fejn ma kienx hemm skola għat-tfal li jgħixu hemmhekk. Ser jgħidilna kif qed kontinwament qed jgħin lil dawn il-fqar hafna f’ambjent li għadu lura ħafna. Fit-tieni parti Marthese Brincat reġghet tkellmet ma’ Fr Frankie Cini li għall darb’ohra sajjar platt tajjeb u sempliċi. Fit-tielet u l-aħħar parti Fr louis Mallia mssp spjega u rrisponda l-mistoqsijiet li għamlitlu Maria Emma Buhagiar. L-evanġelju li jinqara fil-knejjes kemm is-Sibt fil-għaxija u l-Ħadd filgħodu. Produzzjoni Marthese Brincat. Direzzjoni televiżiva Paul Jones u David Falzon. Direzzjoni Fr Louis Mallia mssp. Produzzjoni eżekuttiva ta’ Cpi media.