Talba għal waqtiet ta’ niket u dieqa

Lara Zammit

Xi drabi nistgħu nibżgħu li d-dinja qed tisfaxxa bla kontroll. F’dawn il-waqtiet, tista’ tgħaddi minn fuqna t-tentazzjoni li nitilfu l-fidi f’Alla, u madankollu, huwa eżattament f’dawn il-mumenti meta rridu nibqgħu b’għeruq sodi fil-fidi tagħna.

Il-ħajja tista’ tgħaddina minn kull taqlib u Salm 62 ifakkarna f’din ir-realtà. Hija talba xierqa li nitolbu meta d-dinja ta’ madwarna tkun tidher skoraġġanti. Hawn huma ftit versi ewlenin minn dan is-Salm.

Dorothy Norman (1930) ta’ Alfred Stieglitz. Ritratt: Dominju pubbliku

F’Alla biss il-mistrieħ ta’ ruħi:
mingħandu tiġini s-salvazzjoni.
Hu biss il-blata u s-salvazzjoni tiegħi,
hu l-kenn tiegħi; xejn ma jċaqlaqni.

F’Alla biss il-mistrieħ ta’ ruħi,
għax mingħandu tiġini t-tama.
Hu biss il-blata u s-salvazzjoni tiegħi,
hu l-kenn tiegħi; xejn ma jċaqlaqni.

F’Alla s-salvazzjoni u l-ġieħ tiegħi,
hu l-blata qawwija tiegħi, u l-kenn tiegħi f’Alla.
Ittama fih f’kull żmien, o poplu;
iftħu qalbkom quddiemu.
Alla hu kenn għalina!

LURA GĦALL-FAĊĊATA