Imut Fr Denis Carabott li ħadem bla qies fil-komunità tal-MSSP fl-Awstralja

Nhar it-Tlieta 7 ta’ Jannar, 2025, miet Fr Denis Carabott MSSP f’Rosary Homa, Keilor Downs, Victoria, l-Awstralja.

“Issa jinsab fit-tgħanniqa ta’ Missierna tas-Smewwiet, flimkien mal-Fundatur tagħna Joseph De Piro u ħutna mejtin,” kitbu l-membri tal-MSSP Awstralja fuq il-paġna tal-Facebook tagħhom.

Il-katavru se jinżamm għall-wiri l-Erbgħa, 15 ta’ Jannar, fis-6:30pm fil-Parroċċa Santa Bernadette, North Sunshine, l-Awstralja, segwit mir-Rużarju, b’quddiesa l-Ħamis, 16 ta’ Jannar fil-11am bid-dfin fis-2:30pm fiċ-Ċimiterju Ġenerali ta’ Melbourne, Carlton.

F’intervista fuq Special Broadcasting Service (SBS) bil-lingwa Maltija ma’ Joe Axiaq li xxandret fl-20 ta’ April, 2017, Fr Denis spjega kif qatta’ l-biċċa l-kbira tas-saċerdozju tiegħu fis-servizz tal-komunità Maltija fl-Awstalja.

“Konna migranti lkoll f’art ġdida u kultura differenti,” qal Fr Denis fl-intervista. Hemmekk kien għen sabix il-komunità Maltija ssib sostenn u sens ta’ familjarità tant ’l bogħod minn art twelidhom. Fr Denis kien anke jassisti lill-anzjani fl-aħħar snin ta’ ħajjithom u lil familji tagħhom.

“Strieħ fis-Sliem u ejjew inżommuh fit-talb tagħna,” komplew il-membri tal-MSSP Awstralja.

Il-Missjunarji Pawlisti rringrazzjaw lill-istaff ta’ Rosary House u lill-ħafna ħbieb u parruċċani li żaru u talbu għal Fr Denis speċjalment matul l-aħħar xhur tal-vjaġġ tiegħu.

Isimgħu l-intervista ma’ Fr Denis buq SBS ma’ Joe Axiaq hawnhekk: sbs.com.au/language/maltese/en/podcast-episode/fr-dennis-carabott-mssp-celebrating-50-years-of-priesthood

LURA GĦALL-FAĊĊATA