Dr. Charlene Magri
Meta jixxandar dan il-programm il-Ġimgħa nkunu qed niftakru fid-Duluri ta’ Marija Santissima. Għalhekk Fabian ser ikellem lil Dr. Charlene Magri li ser taqsam l-esperjenza tagħha ta’ dulur li ġarrbet, 4 snin ilu hi u l-familja tagħha għaddew minn tbatija kbira meta saru jafu li t-tifel ż-żgħir tagħhom kellu l-marda tal-lewkemja. Kif ħaditha din l-aħbar? Kemm kien faċli għaliha peres li hija wkoll tabiba? Kif kellhom jorganiżżaw ħajjithom hi, r-raġel u t-tfal l-oħra li għadhom? Analise Penza titkellem f’podcast ma’ grupp ieħor ta’ żagħżagħ fejn qed ikollhom iċ-ċans jgħidu dek li jħossu u dak li jixtiequ Fl-aħħarnett Fr Louis Mallia jitkellem ma’ Maria Emma Buhagiar dwar l-Evanġelju li jinqara fil-quddies tas-Sibt u tal-Ħadd fil-knejjes tagħna. Wara li jixxandar il-programm fuq TVM+ tistgħu terġgħu taraw il-programm fuq l-app Tbissima.mt.