Rev Prof Jonathan Farrugia
Illum qed niftakru fit-tbatija li Ġesù għadda minnha meta kien imsawwat, u mgħobbi bl-għewda tas-salib sakemm kien imsallab u miet fuq is-salib. Imma Fabian Demicoli mhux ser jitkellem biss fuq dan imma wkoll fuq il-qawmien ta’ Ġesù mill-mewt. Dan mhux biss rakkont, imma fatti li r-reliġjon kattolika tibbaża l-fidi tagħha. Rev Prof Jonathan Farrugia mhux biss ser jitkellem dwar dan imma wkoll x’kienet is-sitwazzjoni politika, soċjali u morali tal-poplu Lhudi fi żmien Ġesù. Ovvjament Fr Jonathan jitkellem wkoll kif aħna li ngħidu li aħna nsara nistgħu u għandna ngħixu l-Għid kuljum. Analise Penza titkellem f’podcast ma’ grupp ieħor ta’ żgħażagħ fejn qed ikollhom iċ-ċans jgħidu dek li jħossu u dak li jixtiequ Fl-aħħarnett Fr Louis Mallia jitkellem ma’ Maria Emma Buhagiar dwar l-Evanġelju li jinqara fil-quddies tas-Sibt u tal-Ħadd fil-knejjes tagħna. Wara li jixxandar il-programm fuq TVM+ tistgħu terġgħu taraw il-programm fuq l-app Tbissima.mt.