Sister M’Adele Baldacchino
S04E32
Fabian Demicoli ser jitkellem ma’ Sister M’Adele Baldacchino , soru tal-Karità li għal dawn l-aħħar 35 sena ħadmet u għenet tant irġiel u nisa li għall xi raġuni jew oħra jkunu fil-faċilità korrettiva ta’ Kordin. Kemm semgħet stejjer, kemm tat pariri, kemm tablet u ħabbet. L-istorja tagħha anke kif ingħaqdet mas-sorijiet tal-karità hija waħda interessanti ħafna. X’tixtieq tagħmel din is-soru ta’ 87 sena? Storja oħra ta’ suċċess waqt Aħbar Tajba. Analise Penza titkellem f’podcast ma’ grupp ieħor ta’ żagħżagħ fejn qed ikollhom iċ-ċans jgħidu dek li jħossu u dak li jixtiequ Fl-aħħarnett Fr Louis Mallia jitkellem ma’ Maria Emma Buhagiar dwar l-Evanġelju li jinqara fil-quddies tas-Sibt u tal-Ħadd fil-knejjes tagħna.
SERJE
AĦBAR TAJBA 2025/2026
Xerred it-tbissima