Gabriel Tonna

S04E29

Min hu Gabriel Tonna? Kif ħaseb biex iferraħ lit-tfal u l-kbar? Gabriel huwa bniedem altruist ħafna. Kienet ġietu l-ideja li jagħati flus minn tiegħu lill persuni li ma jaħdmux, lit-tfal li xtaqu jixtru xi ġugarell, lill xi omm li jara li forsi ħaseb li ma kinietx komda finanzjarjament, etc etc. Hu ma kienx irid li in-nies tgħarfu għax ried jagħmel kollox bil-moħbi. Allura kien jilbes maskra biex jgħatti wiċċu. Imma darba marru l-puluzija fuqu u qalulu li aħjar ineħħiha. Hu hekk għamel u llum jgħid li xi kultant kull deni ħudu b’ġid għax sabiħ ukoll li n-nies jaraw wiċċu u hu jara aħjar il-ferħ ġo wiċċ in-nies meta jgħannaqhom. Gabriel huwa produttur ta’ videos u wieħed ukoll jista’ jidhol fis-sit tiegħu ta’ facebook. Analise Penza titkellem f’podcast ma’ grupp ieħor ta’ żagħżagħ fejn qed ikollhom iċ-ċans jgħidu dek li jħossu u dak li jixtiequ Fl-aħħarnett Fr Louis Mallia jitkellem ma’ Maria Emma Buhagiar dwar l-Evanġelju li jinqara fil-quddies tas-Sibt u tal-Ħadd fil-knejjes tagħna. Wara li jixxandar il-programm fuq TVM+ tistgħu terġgħu taraw il-programm fuq l-app Tbissima.mt.

SERJE
AĦBAR TAJBA 2025/2026
Xerred it-tbissima

Ara Aktar

28min
Play
Rev Dr Jean Govè
S04E30
28min
Play
Desier Debono
S04E28
28min
Play
Rev Prof Jonathan Farrugia
S04E27
30min
Play
Dr. Charlene Magri
S04E26
29min
Play
Fr Brian Gialanze’
S04E25
28min
Play
Fr Martin Galea mssp
S04E24
LURA GĦALL-FAĊĊATA