Emanuel Camilleri
Emanuel Camilleri għadda minn sitwazzjoni kerha ħafna fejn għal bosta ġimgħat kien il-ħabs ta’ Kordin mixli b’xi ħaġa li qatt ma għamel. Tbatija kbira, mhux għalih biss imma għall familja kollha. Biex ikompli jbati, t-tifel tiegħu kellu marda u fi żmien qasir mar jiltaqa’ mal-Mulej. Illum kif iħares lejn dak li għadda minnhu? Fabian ser jiskopri dan kollu waqt l-ewwel parti tal-programm Aħbar Tajba. Analise Penza titkellem f’podcast ma’ grupp ieħor ta’ żagħżagħ fejn qed ikollhom iċ-ċans jgħidu dek li jħossu u dak li jixtiequ Fl-aħħarnett Fr Louis Mallia jitkellem ma’ Maria Emma Buhagiar dwar l-Evanġelju li jinqara fil-quddies tas-Sibt u tal-Ħadd fil-knejjes tagħna. Wara li jixxandar il-programm fuq TVM+ tistgħu terġgħu taraw il-programm fuq l-app Tbissima.mt.