L-imħabba ta' San Franġisk t'Assisi għall-annimali
L-ewwel mistieden ta’ Joe u Veronica Farrugia ser ikun Fr Andrew Galea Franġiskan Konventwali li ser jitkellem dwar l-imħabba li kellu San Franġisk t’Assisi lejn l-annimali u lejn in-natura. Kif esprima din l-imħabba? Għaliex San Franġisk jitqies bħalha patrun tal-ekologisti u tal-ambjent X’jirrapreżenta fil-kitba tiegħu ta’ l-Għanja tal-Ħlejjaq? X’jistgħu jitgħallmu l-bnedmin tal-lum minn San Franġisk jekk hu possibbli? Fit-tieni parti l-mistieden huwa Aaron Tanti li huwa għalliem imma jħobb ħafna n-natura u l-għasafar. Fil-fatt huwa jqatta’ ħafna ħin jistenna li xi għasfur jigi quddiemu biex jeħodlu ritratt. Kif bdiet in-namra tiegħu? Kif ikun jaf ta’ liema razza hu l-għasfur? Kif nistgħu bil-mod tagħna nieħdu ħsieb dak li għandna? Fl-aħħar parti Fr Karm Debattista jispjega l-Evanġelju waqt li Aaron Fenech jagħmillu l-mistoqsijiet.