Il-Paċi
Fr Frankie Cini mssp ser ikun il-mistieden waqt il-programm ta’ din il-Ġimgħa fejn flimkien ma’ Veronica u Joe Farrugia ser jiddiskuti l-Paċi. Il-Paċi hija emozzjoni? Il-bniedem għandu xewqa għal-paċi? Ix-xewqa għall-paċi hija f’kulħadd ? Hemm prinċipji ta’ ġustizzja li jistgħu jgħinu biex ikun hawn il-paċi fid-dinja? Solidarjetà fil-komunità internazzjonali tista’ sseħħ? Dan u aktar waqt l-ewwel parti tal-programm. Fit tieni parti Sister Ramona Privitelli soru tal-karità ser taqsam magħna l-esperjenza tagħha kemm fuq ix-xogħol tagħha u anke mas-sorijiet sħabha fil-kunvent. Xi tfisser il-paċi għaliha? Kif nistgħu niksbu l-paċi fil-qalb tal-bniedem? Fr Karm Debattista mssp jispjega l-Evanġelju tal-Ħadd fuq mistoqsijiet li jagħmillu Aaron Fenech.