Ir-Randan

S04E17

Dalwaqt nibdew ir-randan preċiżament fit-18 ta’ Frar, għalhekk Veronica u Joe Farrugia flimkien ma’ Fr Mark Grima mssp u ma’ Josette Gauci ser jitkellmu dwar dan is-suġġett. Illum it-tfal jafu jagħmlu sagrifiċċju? X’inhu verament sagrifiċċju? Huwa biss telf ta’ xi ħaġa jew att ta’ mħabba u dedikazzjoni? Għaliex il-bniedem xi kultant iħoss il-bżonn li jagħmel is-sagrifiċċju? X’differenza hemm bejn sagrifiċċju veru u kompromess sempliċi? Lill Josette Veronica ser titstaqsiha aktar dwar il-ħajja personali tagħha ta’ omm li rabbiet tlett it-tfal u xi kultant bi tbatija fejn illum il-ġurnata anke t-tfal jafu li meta jagħmlu sagrifiċċju jkunu qed jitgħallmu d-dixxiplina u l-valur tal-ħajja. Kien diffiċli għaliha biex tikkontrolla u tgħallem lit-tfal li fil-ħajja hemm bżonn s-sagrifiċċju biex ikunu jistghu jitilghu rġiel u nisa b’valuri sodi? Fr Karm Debattista mssp jispjega l-Evanġelju tal-Ħadd fuq mistoqsijiet li jagħmillu Aaron Fenech.

SERJE
SABIĦA L-ĦAJJA 2025/2026
Xerred it-tbissima

Ara Aktar

23min
Play
Il-Qrar
S04E18
23min
Play
Din l-Art Ħelwa
S04E19
24min
Play
Ir-Randan
S04E20
24min
Play
Alla Jeżisti?
S04E21
24min
Play
L-istatwi tal-Qaddisin
S04E22
26min
Play
Il-flus huma l-Alla tal-bniedem?
S04E16
LURA GĦALL-FAĊĊATA