L-Edukazzjoni
Veronica u Joe Farrugia waqt dan il-programm ser jiddiskutu s-suġġett tal-Edukazzjoni flimkien ma’ Dr Tano Vella u Paul Buhagiar, li ser ikunu fl-istudios biex jagħtu l-opinjoni tagħhom dwar diversi punti u mistoqsijiet li ser jagħmlulhom. Bħall per eżempju kif is-sistema edukattiva trid tkun biex tirrifletti l-bżonnijiet taż-żminijiet? Il-fatt li llum żagħżagħ u adulti qed jirrikorru għall-informazzjoni fl-AI taħseb li din qed tkun ta’ xkiel għat-tagħlim veru jew xkiel għall-kreattività? Xi tfisser li l-edukazzjoni tinbena fuq tripied? Kulħadd differenti, kulħadd għandu ħiliet differenti. L-edukazzjoni trid issir tailor made għal kull student? Fr karm Debattista mssp jispjega l-Evanġelju tal-Ħadd fuq mistoqsijiet li jagħmillu Aaron Fenech.