Milied
Veronica u Joe Farrugia, f’dan il-programm tkellmu ma’ Rev Prof Jonathan Farrugia dwar is-sens veru li għandu jkun il-Milied għan-nisrani veru. Xi tfisser l-inkarnazzjoni ta’ Ġesù Kristu? Kif juri t-twelid ta’ Ġesù l-Imħabba u l-umiltà ta’ Alla? Għaliex il-Milied jitqies bħala mument ta’ tama u salvazzjoni għall-umanità? Fit-tieni parti Francesca Briffa Polidano kienet il-mistiedna ta’ Veronica u Joe fejn qasmet l-esperjenza tagħha ta’ omm ta’ żewġ subien żgħar f’dan iż-żmien tal-Milied. X’inhuma l-aktar valuri li tixtieq hi u r-raġel tagħha Ron jagħtu lit-tfal? X’inhuma l-isfidi l-aktar li jaffaċċjaw il-familji llum? X’jixtiequ għat-tfal tagħhom? Fit-tielet parti Fr karm Debattista mssp jispjega l-Evanġelju tal-Ħadd fuq mistoqsijiet li jagħmillu Aaron Fenech.