Il-Media Soċjali u t-tfal

S04E06

Il-Media Soċjali u t-tfal huwa s-suġġet li Veronica u Joe Farrugia ser jiddiskutu ma’ George Cremona, lettur l-Università fejn matul iż-żminijiet għamel ukoll riċerki dwar dan is-suġġett tant attwali u mportanti għall-iżvilupp tal-persuna. Huwa jisħaq li t-tfal qatt ma għandhom ikunu waħedhom meta jkunu qed jaraw il-mobile. Il-ġenituri għandhom ikunu dixxiplinati u jaraw li t-tfal ma jqattgħux ħafna ħin esaġerat fuq il-mobile, anzi għandhom iħeġġuhom biex jagħmu xi affarijiet oħra biex ikunu anke qed jikkomunikaw mal-ġenituri u nanniet, u familja. Faċli jew diffiċli? Fit-tieni parti omm ta’ żewġ t’itfal ser titkellem dwar kif qed tipprova tħeġġeġ lit-tfal biex ikunu kreattivi u mhux biss joqgħodu jilgħabu fuq il-mobile imma anke jilgħabu logħob li bih jikkomunikaw ma sħabhom. Fl-aħħar parti Fr Karm Debattista jispjega l-Evanġelju waqt li Aaron Fenech jagħmillu l-mistoqsijiet.

SERJE
SABIĦA L-ĦAJJA 2025/2026
Xerred it-tbissima

Ara Aktar

25min
Play
Il-Media Soċjali u l-adulti
S04E07
25min
Play
L-imħabba ta' San Franġisk t'Assisi għall-annimali
S04E08
22min
Play
L-Edukazzjoni
S04E09
23min
Play
Deċiżjonijiet
S04E10
24min
Play
Avvent
S04E11
24min
Play
Milied
S04E12
LURA GĦALL-FAĊĊATA