Mons Ġużeppi De Piro
F’dan il-programm Veronica u Joe Farrugia, ser jitkellmu ma’ Fr Louis Mallia, dwar il-fundatur tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl Mons Ġużeppi De Piro li fl-1910 kien l-uniku saċerdot li waqqaf kongregazzjoni ta’ patrijiet. Min hu Mons De Piro? Għaliex għażel li jgħix ta’ fqir allavolja kien ġej minn familja nobbli, li kellhom bosta djar f’Malta u anke l-Italja? Għaliex waqt li kien qed jistudja biex jilħaq Avukat iddeċieda li jibda l-mixja tiegħu għas-saċerdozju? Dawn u aktar mistoqsijiet ser jigu mwieġba. Peres li l-Ħadd taħbat il-ġurnata missjunarja, Joe u Veronica ser jitkellmu ma’ Maria Emma Buhagiar, persuna li marret tgħin f’diversi pajjizi mas-sorijiet ta’ Mother Theresa. Fl-aħħarnett Fr Karm Debattista jispjega l-Evanġelju ma’ Aaron Fenech.