Iż-żgħażagħ u l-isfidi tal-ġenituri
Biex inkomplu niżvillluppaw s-suġġett tal-familja, ħsibna li nerġgħu nistiednu lill Fr Brendan Mark Gatt biex ikompli jiftaħ illum dwar iż-żagħżagħ u l-isfidi li jaffaċċjaw il-ġenituri llum il-ġurnata. X’jistennew iż-żgħażagħ mill-ġenituri? Forsi hemm nuqqas ta’ komunikazzjoni? Għaliex illum ħafna adoloxxenti u żgħażagħ qed jirrikorru għall-affarijiet li mhumiex tajbin għalihom bħal droga, alcohol etc.? Tahseb li l-ġenturi mhux qed jifmhu liż-żgħażagh illum? Forsi wkoll għandhom ħafna x’jgħamlu minħabba li l-ġenituri jaħdmu t-tnejn? Fit-tieni parti Joe u Veronica ser jitkellmu ma Stephania Dimech Sant, li hija omm li dejjem ħadmet. Kif sabet il-bilanċ bejn xogħol u familja? Hi kif tħares lejn il-familja in-ġenerali llum? Hija għall-ħafna snin ħadmet fil-qasam tas-saħħa mentali, għalhekk għandha esperjenza kbira tad-diffikultajiet li ġenituri jkollhom waqt li jkunu qed irabbu.