Il-Familja Illum
Sabiħa Ħajja ser jerġa’ jkun ippreżentat minn Joe u Veronica Farrugia, pero b’format ukoll differenti minn dak li kien jintwera fl-iskedi li għaddew. Din id-darba l-programm ser ikun imqassam fi tlett partijiet, fejn Joe u Veronica l-ewwel ser jitkellmu ma’ Fr Brendan Mark Gatt dwar il-familja llum. Fit-tieni parti ser jitkellmu ma’ Toni Sant, li huwa missier u nannu llum, u fit-tielet parti Fr Karm Debattista mssp, ser jispjega l-Evanġelju li jinqara l-Ħadd fuq mistoqsijiet li jgħamillu Aaron Fenech. Il-familja llum ma’ għadiex dik li kienet 50 sena ilu, il-valuri, l-komunikazzjoni u t-tradizzjonijiet imbidlu ħafna. Il-ġenituri llum għad għandhom dik id-dixxiplina li t-tfal għandhom bżonn anke għall-futur tagħhom? Ma Toni Sant Veronica ser titkellem aktar b’mod personali, jiġifieri kif rabba t-tfal hu, u x’inhuma dawk il-valuri li dejjem ried jgħaddilhom. U llum bħala nannu l-istess qed jagħmel man-neputijiet?