Xandir
Fabian Demicoli fl-ewwel parti ta’ l-ewwel programm ser jitkellem ma Ruth Amaira, xandara li ilha għal ħafna snin fid-dipartiment tal-aħbarijiet ta’ TVM fejn ser titkellem dwar kif bdiet fix-xandir u anke taqsam magħna xi esperjenzi li kellha. Fit-tieni parti Marthese Brincat flimkien mat-tim ta’ Cpi media marret ir-Rabat fil-kunvent tal-patrijiet mssp, propjament fil-kċina, fejn iltaqgħet ma’ Fr Frankie Cini mssp fejn barra li tkellmet miegħu dwar il-ħidma tiegħu ser isajjar il-pulpetti tal-laħam. Fl-Aħħar parti Fr Louis Mallia mssp jispjega l-Evanġelju li jinqara fil-knejjes u jwieġeb mistoqsijiet magħmula minn Maria Emma Buhagiar. Produzzjoni eżekuttiva ta’ Cpi media, Produzzjoni ta’ Marthese Brincat, Direzzjoni viżiva u teknika ta’ Paul Jones u David Falzon, Direzzjoni ta’ Fr Louis Mallia mssp.