Marija u Ġużeppi

E12

Maria Laura Vella Clark ser tirrakkonta l-istorja dwar Marija u Ġużeppi u dwar it-twelid ta’ Ġesù Bambin. Norah, Demie Lee, Ayden u Jake ukoll ser jipparteċipaw billi ser jaqraw xi siltiet minn din il-grajja hekk important għan-nisrani. ‘Sliem għalik mimlija bil-grazzja, Il-Mulej miegħek’. Jake ser ikun l-Anġlu Gabriel filwaqt li Norah ser tkun Marija. ‘Ara jiena l-qaddejja tal-Mulej, Ħa jsir minni skont kelmtek’. Ayden ser ikun l-anġlu li ser jidher lill Ġużeppi li ser ikun Jake fejn jgħidlu li Marija ser ikollha iben u li ser issemmih Għimmanu-el li jfisser Alla Magħna. Għaliex dan kien avveniment mhux tas-soltu? Maria Laura tistaqsi lit-tfal. Għaliex twieled Ġesù u x’ried iġib fid-dinja? Għaliex kullimkien jiġi ċċelebrat il-Milied.? Kitba ta’ Fr. Louis Mallia mssp Produzzjoni Eżekuttiva ta’ CPi Media. Produzzjoni ta’ Marthese Brincat u Maria Laura Vella Clark Direzzjoni televiżiva ta’ Fr. Louis Mallia mssp Direzzjoni teknika ta’ Paul Jones. “Taf x’Ġara?” nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Diċembru fl-15:50 b’repetizzjoni is-Sibt fit-08:00 fuq TVM.

SERJE
TAF X'ĠARA?
Xerred it-tbissima

Ara Aktar

15min
Play
Il-Maġi
E13
16min
Play
Sansun
E14
16min
Play
Ruth
E15
15min
Play
Samwel
E16
16min
Play
Sawl
E17
15min
Play
David
E18
LURA GĦALL-FAĊĊATA