Sansun

E14

Min kien Sansun? Kien it-tarbija ta’ Manoħa u l-mara tiegħu. Kien tifel li twieled għalkemm huma ma setgħux ikollhom tfal, għalhekk meta twieled huma ndunaw li Alla ried xi ħaġa minnhu. X’kienet din il-ħaġa? Ser niskopruha permezz tal-istorja li Maria Laura Vella Clark ser tirrakkonta lil Norah, Jake, Demie-Lee u Ayden. Kien hemm żewġ kundizzjonijiet li l-Anġlu tal-Mulej ħabbar lill-ġenituri ta’ Sansun, l-ewwel waħda kienet li għall-Manoħa ma jieħux aktar inbid, u li Sansun iħalli xaharu twil, għax jekk jinqata’ tmurlu s-saħħa kollha li kien ser ikollu. Inkunu nafu x’ġara fl-aħħar tal-istorja. It-tfal ukoll ser jinterpretaw siltiet minn din l-istorja u anke ser jgħatu l-opinjoni tagħhom dwar dak li għadda minnhu Sansun. Kitba ta’ Fr. Louis Mallia mssp Produzzjoni Eżekuttiva ta’ CPi Media. Produzzjoni ta’ Marthese Brincat u Maria Laura Vella Clark Direzzjoni televiżiva ta’ Fr. Louis Mallia mssp Direzzjoni teknika ta’ Paul Jones. “Taf x’Ġara?” nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Jannar fl-15:50 b’repetizzjoni is-Sibt fit-08:00 fuq TVM.

SERJE
TAF X'ĠARA?
Xerred it-tbissima

Ara Aktar

16min
Play
Ruth
E15
15min
Play
Samwel
E16
16min
Play
Sawl
E17
15min
Play
David
E18
15min
Play
Salamun
E19
16min
Play
Elija
E20
LURA GĦALL-FAĊĊATA