David
Maria Laura Vella Clark ser tirrakkonta lit-tfal Ayden, Norah, Demie-lee u Jake l-istorja tas-Sultan David. Min kien? Dan meta kien għadu tifel kien rebaħ lill Filistin u qatel lill ġgant Gulija. Kiber u naraw kif is-Sultan Sawl ried jeħles minnhu għax kien qed jgħir għalih. Imma David ta’ bniedem tajjeb u għaqli li kien, ikkonfronta lill Sawl u dan ammetta li David għad ikun sultan kbir ta’ Iżrael. Kellu 30 sena meta sar sultan u dam isaltan għal 40 sena. Bħall ġimgħat li għaddew it-tfal ser jirreċtaw partijiet minn din l-istorja hekk interessanti tal-antik testament. Kitba ta’ Fr. Louis Mallia mssp Produzzjoni Eżekuttiva ta’ CPi Media. Produzzjoni ta’ Marthese Brincat u Maria Laura Vella Clark Direzzjoni televiżiva ta’ Fr. Louis Mallia mssp Direzzjoni teknika ta’ Paul Jones. “Taf x’Ġara?” nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Frar fl-15:50 b’repetizzjoni is-Sibt fit-08:00 fuq TVM. #tafxgara #cpimedia