Ruth
Maria Laura Vella Clark, waqt il-programm “Taf X’Ġara?” Ser tirrakkonta l-istorja sabiħa ta’ Rut. Din kienet il-mara tat-tifel ma Elimelek u Nagħomi. Ġara li kemm ir-raġel tagħha u kemm Elimelek mietu, għalhekk Nagħomi xtaqet li Rut ma tibqax magħha imma tmur il-bogħod forsi ssib raġel li jħobbha u tiżżewġu. Imma Rut baqgħet magħha għax Nagħomi issa kienet kibret fl-eta’ ukoll. Maria tirrakkonta l-istorja kollha lill Ayden, Norah, Jake u Demie-Lee u naraw kif id-destin ta’ Rut ikun sabiħ għax hi ħabbet ukoll. Kitba ta’ Fr. Louis Mallia mssp Produzzjoni Eżekuttiva ta’ CPi Media. Produzzjoni ta’ Marthese Brincat u Maria Laura Vella Clark Direzzjoni televiżiva ta’ Fr. Louis Mallia mssp Direzzjoni teknika ta’ Paul Jones. “Taf x’Ġara?” nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Jannar fl-15:50 b’repetizzjoni is-Sibt fit-08:00 fuq TVM.