Santiago de Compastela
Aħbar Tajba fl-ewwel parti tal-programm din il-ġimgħa Fabian Demicoli ser ilaqgħana ma’ Jonathan Dalli li għamel il-mixja li jseħulha Cammino di Santiago di Compostela. Għaliex ried jagħmel din l-esperjenza? X’ħalliet fih u fil-mara tiegħu li wkoll marret miegħu? Irid ikun hemm raġuni għaliex wieħed jagħmel din il-mixja? Spiritwalment u mentalment tgħin persuni li jgħamluha? Paul Axiaq fuq skype qalilna wkoll għaliex ried jagħmel din il-mixja. Miriam Christine Borg fit-tieni parti tal-programm marret fil-kunvent tas-sorijiet Benedittini ta’ Santa Skolatika l-Birgu u tkellmet ma’ Suor Anna Mallia. X’inhi l-kariżma ta’ dawn is-sorijiet? Għaliex dejjem jidru ferħana? Kemm hu mportanti t-talb għalihom? Fr Louis Mallia jagħlaq il-programm bl-ispjega tal-Evanġelju tal-Ħadd. Wieħed jista jżur il-pagna ta' Facebook jew jidħol fl-app Tbissima.mt Aħbar Tajba qed ikun ukoll aċċessibbli bil-lingwa tas-Sinjali fil-Lingwa Maltija. Produzzjoni Eżekuttiva ta’ CPi Media. Produzzjoni ta’ Marthese Brincat, Fabian Demicoli u Miriam Christine Borg Direzzjoni Televiżiva ta’ Fr. Louis Mallia mssp