O Verġni Immakulata, Omm tal-ħniena, saħħa tal-morda, refuġju tal-midinbin, konsolatriċi tal-imnikktin, int tagħraf l-bżonnijiet tiegħi, it-tbatijiet tiegħi, ixħet fuqi l-ħarsa ħanina tiegħek. Bid-dehra tiegħek, fil-Grotta ta’ Lourdes, Inti ridt li ssir lok magħżul mnejn ixxerred il-grazzji tiegħek, u diġa’ bosta msejknin sabu r-rimedju tal-mard tagħhom fr-ruħ u l-ġisem.
Niġi jiena wkoll mimli tama sabiex nitolbok il-grazzji ta’ Omm: isma’ Omm ħanina, it-talb umli tiegħi, sabiex mimli bil-benefiċċji tiegħek, nagħmel kemm nista’ biex nimita’ l-virtu’ tiegħek, biex ġurnata jkolli sehem fil-glorja tiegħek tas-sema. Hekk ikun.
Omm tagħna tal-Kunċizzjoni itlob għalina.
O Alla, bit-tnissil bla tebgħa tal-Verġni Mqaddsa Marija int ħejjejt għamara xierqa għal Ibnek; kif int qist minn qabel il-merti tal-istess Ibnek biex ħarist lil Ommu minn kull tebgħa ta’ dnub, agħmel li aħna, bit-talb tagħha, naslu safja għandek.
Bi Kristu Sidna.
Ammen